St Clare of Assisi

Wednesday, April 1, 2015

Ruzarju - Meditazzjonijiet fuq il-Passjoni ta Gesu u l-Ewkaristija

1.   Gesu fil-Gethsemani

Lq 22, 43-44:  "Deherlu anglu mis-sema biex jaghmillu l-qalb, imma hu hass dwejjaq tal-mewt fuqu u beda jitlob b'herqa akbar. L-gharaq sarlu bhal qtar tad-demm icarcar sa l-art".

Nadurawk u nberkuk Mulej Gesu, ghas-sofferenza li ghaddejt minnha fil-Gethsemani biex accettajt li tilqa l-Passjoni li kellek tghaddi minnha ghall-fidwa taghna. Bis-sahha ta dan is-sagrificcju tieghek Gesu, ahna fil-bidu tal-Quddiesa nistghu nitolbu u nircievu il-hniena t'Alla meta s-Sacerdot ilissen il-kliem "ihenn ghalina Alla li jista kollox, jahfrilna dnubietna u jwassalna ghal hajja ta dejjem". Aghmel Mulej Gesu, li kull min jirrispondi 'Amen' ilissinha b'fidi u bi gratitudni lejK.

2.   Gesu marbut u msawwat

Gw 19 , 1: "Mbaghad Pilatu ordna li jiehdu lil Gesu u jaghtuh is-swat."

Infahhruk, inberkuk u nigglorifikawk Mulej Gesu, ghax fil-flagellazzjoni, Inti li Int il-Kelma hajja, ssaportejt fis-silenzju waqt li kont marbut mal-kolonna u gejt mghoti s-swat. Din it-tbatija tieghek, Gesu, wasslet biex ahna nistghu nircievu l-Kelma tieghek li tixxandrilna b'mod specjali waqt il-Quddiesa, u nhalluha titmaghna,  tfejjaqna u tibnina. Nitolbuk Mulej Gesu, bl-intercessjoni ta l-Appostli, ghal dawk kollha li jxandru u dawk li jircievu l-Kelma, biex bil-qawwa ta l-Ispirtu s-Santu ninbnew f'gisem wiehed taht Ras wahda.

3.  Gesu Inkurunat Bix-Xewk

Mt 27, 27-29: "Mbaghad is-suldati tal-gvernatur hadu lil Gesu fil-Pretorju, u gabru quddiemu lil shabhom kollha. Nezzghuh, u xehtulu fuqu mantar ahmar skur, qeghedulu fuq rasu kuruna minsuga mix-xewk u qasba f'idu l-leminija, nxtehtu gharkubbtejhom quddiemu, u qaghdu jiddiehku bih u jghidulu: Is-sliem ghalik, sultan tal-Lhud".

Infahhruk, inberkuk u nigglorifikawk Mulej Gesu, ghall-umiljazzjonijiet li Inti ssaportejt ghall-imhabba tal-Missier u taghna. Ahna llum waqt ic-celebrazzjoni tal-Quddiesa, nistghu noffrulek il-hajja taghna u ninzlu nadurawk fil-verita meta s-Sacerdot itenni l-kliem "sewwa u xieraq tassew Missier Qaddis, Mulej Alla li tista kollox, li dejjem u kullimkien inroddulek hajr" imbaghad flimkien ma l-Angli u l-qaddisin kollha li f'dak il-mument ikunu prezenti maghna intennulek "Qaddis,  Qaddis, Qaddis,  Mulej Alla li tista kollox, is-sema u l-art mimlija bil-glorja tieghek".  Nitolbuk Mulej tati lil dawk kollha li jiccelebraw dan il-Misteru,  il-grazzja li jtennulek dan it-tifhir u jadurawk mill-qalb b'fidi shiha fil-prezenza hajja tieghek fuq l-Artal. 

4.  Gesu igorr it-toqol tas-Salib minghand Pilatu sal-Kalvarju

Gw 19, 17: "Gesu rafa s-salib u hareg lejn il-post imsejjah 'il-Qorriegha', bil-Lhudi Golgota"

Infahhruk, inberkuk u nigglorifikawk Mulej Gesu, ghax fis-salib tieghek inti garrejt it-toqol u l-waqghat kollha taghna. Fuq l-Artal ahna llum nistghu inqeghdu il-hajja bil-ferh, it-toqol u l-waqghat kollha taghna, flimkien mat-tbatijiet, is-sofferenzi u l-ferh ta kull ma hu mahluq u dawn, fl-offerta eterna tieghek, meta s-Sacerdot itenni l-kliem "Bi Kristu,  ma Kristu,  fi Kristu" jinbidlu f'offerta lil Alla l-Missier u minn issa stess jibdew jiffurmaw parti mill-hajja li kisbilna Gesù. Nitolbuk Mulej,  bl-intercessjoni ta dawk kollha li ghexu u offrewlek il-mixja qabilna, biex tqawwina fil-fidi u tghallimna noffrulek kull mument ta hajjitna.

5.  Gesu Jaghti l-Ahhar nifs fuq is-Salib

Mt 27, 45-50: Mis-6 siegha 'l quddiem waqghat dalma kbirafuq il-pajjiz kollu sad-9 siegha. U madwar id-9 siegha Gesu ghajjat b'lehen qawwi u qal: "Eli, Eli, lema sabaqtani?" Jigifieri Alla tieghi, Alla tieghi ghaliex tlaqtni?'. Xi whud minn dawk li kienu hemm, kif semghuh, qalu: Lil Elija qieghed isejjah dan!" U minnufih wiehed minnhom mar jigri, qabad sponza mimlija bil-hall, wahhalha f'tarf ta qasba u tah jixrob. Imma Gesu rega ghajjat ghajta kbira u radd ruhu.


Infahhruk, inberkuk u nigglorifikawk Mulej Gesu talli tajtna kollox, sa l-ahhar nifs tieghek biex permezz tieghek ahna nsibu l-fejqan u niksbu l-hajja ta dejjem. L-ahhar nifs tieghek Mulej Gesu ahna nergghu infakkruh u nircevuh kull darba li niccelebraw il-Misteru tas-Salvazzjoni u nircievu l-gisem u d-demm tieghek fl-Ewkaristija. Kull meta nircevuk fl-Ewkaristija Gesu, l-ahhar ghajta tieghek fuq is-salib, ittina t-tama; l-ahhar nifs tieghek, jaghtina l-hajja; l-ahhar qatra tad-demmek, tlibbisna bin-natura divina tieghek u l-ilma li hareg mill-kustat tieghek jiksbilna l-fejqan spiritwali li jkollna bzonn. Bil-qawwa ta l-Ispirtu s-Santu Mulej Gesù, aghtina l-grazzja li meta nircevuk intennu l-istess kliem li tenna c-centurjun bil-fidi, dan li ghadni kif ircevejt, hu tassew l-Iben ta Alla. 

No comments:

Post a Comment