He is risen!!
And with Him we too shall rise in glory!
Lord God you descended into the depths of the earth to redeem us from our sin. Let us not fear you Lord, but believe that in our darkness there is Your presence of light. Give us the grace to discover Your liberating presence within us Lord that we may live everyday with you embraced in Your light and love.
Amen
Place your mind before the mirror of eternity! Place your soul in the brilliance of glory! Place your heart in the figure of the divine substance! And transform your entire being into the image of the Godhead Itself through contemplation. 3rd Letter of St. Clare to Agnes of Prague
St Clare of Assisi
Wednesday, March 30, 2016
Tuesday, February 9, 2016
Ruzarju B'Meditazzjonijiet mill-Messagg tal-Papa ghar-Randan
L-1 Ħadd tar-Randan - Gesù jeghleb it-Tigrib fid-dezert bil-Qawwa tal-Kelma ta Alla
Bis-sejħa għas-smigħ tal-Kelma ta’ Alla u għall-inizjattiva “24 siegħa għall-Mulej” ridt nisħaq fuq il-primat tas-smigħ tal-Kelma fi spirtu ta’ talb, speċjalment dik tal-Profeti. Il-ħniena ta’ Alla fil-fatt hi xandira lid-dinja: imma din il-bxara kull Nisrani hu msejjaħ jagħmel esperjenza tagħha hu l-ewwel.
Wara li laqgħet il-Bxara t-Tajba mwassla lilha mill-arkanġlu Gabrijel, Marija, fil-Magnificat, tgħanni profetikament il-ħniena li biha Alla għażilha sa minn qabel. Hekk il-Verġni ta’ Nazareth, imwiegħda bħala għarusa lil Ġużeppi, issir l-ikona perfetta tal-Knisja li tevanġelizza għax kienet u hi kontinwament evanġelizzata bil-ħidma tal-Ispirtu s-Santu, li nissel il-frott tal-ġuf verġinali tagħha.
It-2 Ħadd tar-Randan - Gesù jidher fil-glorja tieghu fuq it-Tabor quddiem Pietru, Gakbu u Gwanni
Id-drama ta’ mħabba tilħaq il-quċċata tagħha fl-Iben magħmul bniedem. Fih Alla jsawwab ħnientu bla tarf sa ma jagħmel minnha “Ħniena inkarnata” (ara Misericordiæ vultus, 8). Bħala bniedem, Ġesù ta’ Nazareth fil-fatt hu f’kull sens bin Israel. U huwa hekk sal-punt li fih jitlaħħam dak is-smigħ perfett ta’ Alla li s-Shemà titlob minn kull Lhudi, twemmin li sal-lum għadu l-qalba tal-patt ta’ Alla ma’ Israel: “Isma’, o Israel: Alla tagħna l-Mulej, il-Mulej waħdu. Ħobb, mela, lill-Mulej, Alla tiegħek, b’qalbek kollha, b’ruħek kollha u b’saħħtek kollha” (Dewt 6:4-5). L-Iben ta’ Alla hu l-Għarus li jagħmel minn kollox biex jirbaħ l-imħabba tal-Għarusa tiegħu, li magħha hu marbut bl-imħabba tiegħu bla limiti li ssir viżibbli fil-festa tat-tieġ ta’ dejjem tiegħu magħha.
It-3 Ħadd tar-Randan - It-Taghlim ta Gesù fuq l-Indiema
Il-ħniena ta’ Alla tibdel il-qalb tal-bniedem u ddewqu mħabba fidila li hekk tagħmel lilu wkoll kapaċi jħenn. Hu miraklu dejjem ġdid li l-ħniena divina tista’ ddawwal bih il-ħajja ta’ kull wieħed u waħda minna, tqanqalna għall-imħabba tal-proxxmu, u tagħti l-ħajja lil dawk li t-tradizzjonijiet tal-Knisja ssejjaħ l-opri tal-ħniena korporali u spiritwali. Huma jfakkruna li l-fidi tagħna tissarraf f’atti konkreti u ta’ kuljum, biex ngħinu lill-proxxmu tagħna fil-ġisem u fir-ruħ, u li fuqhom għad isir ħaqq minna: nitimgħuh, inżuruh, infarrġuh, nedukawh. Għalhekk jien xtaqt “li l-poplu Nisrani matul il-Ġublew jirrifletti fuq l-opri tal-ħniena korporali u spiritwali. Dan ikun mod kif nerġgħu nqajmu l-kuxjenza tagħna spiss rieqda quddiem it-traġedja tal-faqar u biex nidħlu dejjem iżjed fil-qalba tal-Vanġelu, fejn il-foqra huma l-ipprivileġġjati tal-ħniena divina” (ibid., 15). Fil-fatt, fil-fqir, il-ġisem ta’ Kristu “isir mill-ġdid viżibbli bħala ġisem ittorturat, miġruħ, imsawwat, mitluq mejjet bil-ġuħ, maħrub… biex aħna nagħrfuh, immissuh u ngħinuh b’għożża kbira (ibid.).
Ir-4 Ħadd tar-Randan - Il-Hniena tal-Missier fil-Parabbola ta l-Iben li telaq dar missieru
Fil-qalb li tħabbat tal-kerygma appostolika, l-ħniena divina għandha post ċentrali u fundamentali. Dan hu “l-ġmiel tal-imħabba feddejja ta’ Alla li dehret f’Ġesù Kristu li miet u rxoxta” (Eżortazzjoni appostolika Evangelii gaudium, 36), dik l-ewwel tħabbira li “dejjem għandna nerġgħu lura għaliha biex nisimgħuha fid-diversi xejriet tagħha u li dejjem għandna nduru lejha biex inħabbruha fil-katekeżi” (ibid., 164). Allura l-Ħniena “tesprimi l-imġiba ta’ Alla mal-midneb, meta joffrilu possibbiltà oħra biex jerġa’ lura minn triqtu l-ħażina, jindem u jemmen” (Misericordiæ vultus, 21), u hekk terġa’ twaqqaf ir-relazzjoni tiegħu Miegħu. U f’Ġesù mislub Alla sa jrid jilħaq il-midneb fl-aktar post imbiegħed tiegħu, sewwasew hemm fejn hu ntilef u tbiegħed Minnu. U dan jagħmlu bit-tama li sa fl-aħħar jista’ jrattab il-qalb imwebbsa ta’ Għarustu.
Il-5 Ħadd tar-Randan - Il-Mara li nqabdet f'adulterju tittiehed quddiem Gesù biex tigi ggudikata
Quddiem din l-imħabba qawwija bħall-mewt (ara Għanja 8:6), l-ifqar miżerabbli hu dak li ma jaċċettax li hu hekk. Jaħseb li hu għani, imma fir-realtà hu l-ifqar fost il-fqar. Huwa hekk għax hu lsir tad-dnub, li jwasslu biex jinqeda bl-għana u l-poter mhux biex jaqdi lil Alla u lill-oħrajn, imma biex jifga fih l-għarfien qawwi li anki hu mhu xejn għajr tallab imsejken u fqajjar.
Għalhekk ir-Randan ta’ din is-Sena Ġubilari hu għal kulħadd iż-żmien it-tajjeb biex sa fl-aħħar nistgħu ninqalgħu mill-aljenazzjoni eżistenzjali tagħna, grazzi għas-smigħ tal-Kelma u għall-opri tal-ħniena. Jekk permezz ta’ dawk korporali mmissu l-ġisem ta’ Kristu fl-aħwa fil-bżonn ta’ min jitmagħhom, ilibbishom, jagħtihom saqaf fuq rashom, iżurhom, dawk spiritwali – nagħtu parir, ngħallmu, naħfru, inwissu, nitolbu – imissu iżjed direttament il-fatt li aħna midinbin. Allura l-opri korporali u dawk spiritwali ma għandhom qatt jinfirdu minn xulxin. Fil-fatt, huwa sewwasew meta fil-fqajjar imiss il-ġisem ta’ Kristu mislub li l-midneb jista’ jirċievi b’don l-għarfien li hu stess huwa tallab fqajjar.
Is-smigħ attent tal-Kelma iħejjina bl-aħjar mod biex niċċelebraw ir-rebħa definittiva fuq id-dnub u fuq il-mewt tal-Għarus, issa rxoxt, li jixtieq isaffi lill-Għarusa mwiegħda tiegħu, hi u tistenna l-miġja tiegħu.
Ejjew ma naħlux dan iż-żmien tar-Randan hekk tajjeb għall-konverżjoni!

Friday, December 25, 2015
Jehovah.......I Am Who
I Am
Adonai-Jehovah.........The
Lord our Sovereign
El-Olam.......The
Everlasting God
Jehovah-Mekaddishkem...........The
God who Sanctifies
Jehovah-jireh.........The
God who Provides
Jehovah-Shalom.......The
God of Peace
El-Elyon......The Lord
Most High
El-Shaddai........The
God Who is Sufficient
Jehovah-Ropheka.......The
Lord Our Healer
Jehovah-Sabaot.........The
Lord of Hosts
Jehovah-Rohi.........The
Lord our Shepherd
Jehovah-Shammah..........The
Lord is Present...........
I Am the root and offspring of David
I Am the Son of God
I am alive forevermore
I Am the Alpha and the Omega
I Am the light of the world
I Am the door
I Am the good shepherd
I Am the living bread
I Am the vine
I Am the way, the truth and the
life................
Thursday, December 17, 2015
Monday, November 23, 2015
Saturday, November 21, 2015
Thursday, November 19, 2015
Subscribe to:
Posts (Atom)