St Clare of Assisi

Ir-Rużarju Imqaddes


Il-Bidu

Alla tagħna, isma' t-talb tagħna, eħles għinna u ieqaf magħna. (Filwaqt li jintrad is-Salib)

Glorja lill-Missier, u lill-Iben u lill-Ispirtu s-Santu.  Kif kien fil-bidu, issa u dejjem, u jibqa' għal dejjem ta' dejjem.  Ammen.


(jingħadu qabel jitħabbar kull il-misteru)
Marija Santissima, urina li inti ommna:  għalik jisma' t-talb tagħna, Ġesú li twieled għalina u ried ikun bniedem bħalna.

O Ġesú tiegħi, aħfrilna dnubietna, eħlisna min-nar tal-infern; ħu l-Ġenna l-Erwieħ kollha, l-aktar dawk li għandhom bżonn tal-ħniena tiegħek.

Il-Misteri tal-Ferħ (jingħad it-Tnejn u s-Sibt)

1.  Meta l-Anġlu Gabrijel ħabbar lil Marija li kellha tkun Omm Alla.  (Luqa 1:26-38)
2.  Meta Sidtna Marija marret iżżur lill-qariba tagħha Eliżabetta. (Luqa 2:39-56)
3.  Meta Sidna Ġesú Kristu twieled fl-għar ta’ Betlehem. (Luqa 2:1-7;  8-21)
4.  Meta Sidtna Marija u San Ġużepp ippreżentaw lill-binhom Ġesú fit-Tempju.  (Luqa 2:21-32;  33-40)
5.  Meta Sidtna Marija u San Ġużepp tilfu lil binhom Ġesú u wara tliet t’ijiem issibuh fit-Tempju jiddiskuti mad-Dutturi. (Luqa 2:41-52)
Għal kull misteru jingħadu 1 Pater, 10 Ave Marija, 1 Glorja




Misteri tat-Tbatija (jingħad kull nhar tat-Tlieta u il-Ġimgħa)

1.  Meta Sidna Ġesú Kristu għamel l-orazzjoni fl-ort u għereq l-għaraq tad-demm.  (Mt 26: 36-46)
2.  Meta Sidna Ġesú Kristu rabtuh mal-kolonna u ifflaġellawh. (Lq 23: 1-6)
3.  Meta Sidna Ġesú Kristu nkurunawh bix-xewk.  (Ġw. 19: 1-6)
4.  Meta Sidna Ġesú Kristu għabbewh bis-salib u tela’ l-Kalvarju. (Lq 23: 25-32)
5.  Meta Sidna Ġesú Kristu sallbuh fuq is-salib u fuqu miet. (Ġw 19: 18.37)
Għal kull misteru jingħadu 1 Pater, 10 Ave Marija, 1 Glorja




Misteri tal-Glorja (jingħad kull nhar ta’ Erbgħa u il-Ħadd)

1.  Meta Sidna Ġesú Kristu qam minn bejn l-imwiet. (Ġw: 20: 1-10)
2.  Meta Sidna Ġesú Kristu tela’ s-sema. (Atti 1: 6-11)
3.  Meta Sidna Ġesú Kristu bagħat l-Ispirtu s-Santu fuq l-Appostli.  (Atti 2: 1-12)
4.  Meta Sidtna Marija ġiet imtellgħa s-sema bir-ruħ u l-ġisem. (Lq 1: 46-56)
5.  Meta Sidtna Marija ġiet inkurunata mit-Trinitá Qaddisa u mgħollija fuq il-kori kollha tal-Anġli. (Apok 12: 1-12)
Għal kull misteru jingħadu 1 Pater, 10 Ave Marija, 1 Glorja 




Il-Misteri tad-Dawl (jingħad il-Ħamis)

1.  Meta Sidna Ġesú Kristu tgħammed ix-xmara Ġordan. (Mt 3:13.17)
2.  Meta Sidna Ġesú Kristu wera min hu fit-tieġ ta’ Kana.  (Ġw 2: 1.12)
3.  Meta Sidna Ġesú Kristu ħabbar is-Saltna t’Alla u sejjaħ għall-indiema.  (Mt 5:1.12)
4.  Meta Sidna Ġesú Kristu tbiddel quddiem l-Appostli fuq il-muntanja Tabor.  (Mk 9: 2.13)
5.  Meta Sidna Ġesú Kristu waqqaf l-Ewkaristija, it-tifkira tal-Misteru tal-Għid.  (Mt 26: 17.29
Għal kull misteru jingħadu 1 Pater, 10 Ave Marija, 1 Glorja


Missierna, Sliema u Qaddisa għal-għaxar (x10) darbiet, u Glorja

Missierna li inti fis-Smewwiet, jitqaddes Ismek, tiġi saltnatek, ikun li trid int, kif fis-sema hekkda fl-art.  Ħobżna ta’ kuljum agħtina llum, aħfrilna dnubietna bħalma naħfru lil min hu ħati għalina, u la ddaħħalniex fit-tiġrib, iżda eħlisna mid-deni. Ammen. 

Sliema għalik, Marija, bil-grazzja mimlija. Il-Mulej miegħek, imbierka inti fost in-nisa, u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek, Ġesù.  Qaddisa Marija, Omm Alla, itlob għalina, midinbin, issa, u fis-siegħa tal-mewt tagħna. Ammen 

Glorja lill-Missier, u lill-Iben, u lill-Ispirtu s-Santu.  Kif kien mill-bidu, issa u dejjem, u jibqa' għal dejjem ta' dejjem. Ammen.


SALVE REGINA 

Sliem għalik, Sultana, Omm tal-ħniena, ħajja, ħlewwa u tama tagħna. Sliem għalik, lilek ingħajtu, aħna, turufnati, ulied Eva. Lilek nitniehdu, aħna li nibku u nolfqu f’dan il-wied tad-dmugħ.  Ejja mela, avukata tagħna; dawwar lejna dawk l-għajnejn tiegħek tal-ħniena. Urina, wara dan it-turufnament, lil Ġesù frott imbierek tal-ġuf tiegħek, o ħanina, o pija, o ħelwa, Verġni Marija.

Itlob għalina qaddisa Omm Alla: 
Biex ikun jistħoqqilna dak li wegħdna Kristu.  Ammen

  
Skond il-fehma tal-Papa:  Missierna, Sliema u Glorja

Għall-Erwieħ tal-Purgatorju: Missierna, Sliema u Glorja;  


Agħtihom, O Mulej il-Mistrieħ ta' dejjem; 
id-dawl ta' dejjem jiddi fuqhom, 
jistrieħu fil-paċi.  Ammen


San Ġużepp Missier Puttativ ta' Ġesù, 
veru Għarus ta' Marija Verġni, 
itlob għalina u għall-Agonizzanti kollha ta' dan il-jum u l-lejl.


 IL-LITANIJA TAL-MADONNA

Mulej, ħniena. Mulej, ħniena
Kristu, ħniena. Kristu, ħniena
Mulej, ħniena. Mulej, ħniena
Kristu, ismagħna. Kristu, ismagħna
Kristu, ilqa’ t-talb tagħna.  Kristu, ilqa’ t-talb tagħna

Għall-invokazzjonijiet li ġejjin wieġeb, Ħenn għalina”
Missier Etern Alla.  “Ħenn għalina”
Iben Alla, li fdejt id-dinja.  
Spirtu Qaddis Alla.
Trinità Qaddisa Alla wieħed.

Għall-invokazzjonijiet li ġejjin wieġeb, Itlob għalina”
Imqaddsa Marija. Itlob għalina”
Imqaddsa Omm Alla.
Imqaddsa Xebba tax-xbejbiet.
Omm ta’ Kristu.
Omm il-Knisja.
Omm tal-grazzja ta’ Alla.
Omm l-iżjed safja.
Omm l-iżjed nadifa.
Omm u xebba.
Omm bla tebgħa.
Omm li tistħoqq l-imħabba.
Omm tal-għaġeb.
Omm tal-parir it-tajjeb.
Omm ta’ min ħalaqna.
Omm ta’ min salvana.
Xebba kollok għaqal.
Xebba li tistħoqq kull qima.
Xebba li tistħoqq kull foħrija.
Xebba kollok setgħa.
Xebba kollok ħniena.
Xebba dejjem marbuta m’Alla.
Mera tal-qdusija.
Tron tal-għerf.
Bidu tal-ferħ tagħna.
Għamara ta’ l-Ispirtu s-Santu.
Għamara ta’ kull grazzja.
Għamara ta’ kull tjieba.
Warda mistika.
Torri ta’ David.
Torri tal-avorju.
Dar tad-deheb.

Arka tar-rabta l-ġdida.
Bieb tas-sema.
Kewkba ta’ filgħodu.
Saħħa tal-morda.
Kenn tal-midinbin.
Faraġ ta’ l-imnikktin.
Għajnuna ta’ l-insara.
Sultana ta’ l-Anġli.
Sultana tal-Patrijarki.
Sultana tal-Profeti.
Sultana ta’ l-Appostli.
Sultana tal-Martri.
Sultana tal-Konfessuri.
Sultana tal-Verġni.
Sultana tal-Qaddisin kollha.
Sultana mnissla mingħajr l-ewwel tebgħa.
Sultana mtellgħa s-sema.
Sultana tar-Rużarju Mqaddes.
Sultana tal-familja.
Sultana tal-paċi.

Ħaruf t’Alla, li tneħhi d-dnubiet tad-dinja: Aħfrilna, nitolbuk, Mulej.
Ħaruf t’Alla, li tneħhi d-dnubiet tad-dinja: Ismagħna, nitolbuk, Mulej.
Ħaruf t’Alla, li tneħhi d-dnubiet tad-dinja: Ħenn għalina.

Itlob għalina qaddisa Omm Alla:
Biex ikun jistħoqqilna dak li wegħdna Kristu.

Nitolbu...
O Alla, li ridt li mat-tħabbira tal-Anġlu, l-Iben tiegħek isir bniedem fil-ġuf tal-Verġni Mqaddsa Marija, agħtina nitolbuk, lilna li nistqarruha Omm Alla, li nkunu megħjunin mit-talb tagħha. 
Bl-istess Kristu Sidna.  Ammen.


(Fi żmien l-Għid)
O Alla, li bil-qawmien mill-imwiet ta' Ibnek Ġesù Kristu Sidna, għoġbok tferraħ id-dinja,
agħtina, nitolbuk, li għall-merti ta' Ommu l-Verġni Marija, niksbu l-hena tal-ħajja ta' dejjem.
Bi Kristu Sidna.  Ammen.