Flimkien ma' Ommna Marija u ma' San Ġuzepp u f'għaqda sħiħa mal-Knisja, ningħaqdu ma' Ġesù fit-talba kontinwa tiegħu għalina u għall-paċi fid-dinja u fil-qlub tal-bnedmin kollha.
Noffrulek Missier ħanin, id-demm tal-martri ta' zmienna li b'tant kuraġġ u mħabba qed jagħtu ħajjithom għall-fidi tagħna u flimkien ma' tagħhom noffrulek aħna wkoll Missier dak kollu li ngħaddu minnu u li jtaqqalna u noffru kollox biex ix-xewqa tieghek għall-paċi fostna sseħħ. Agħtina Inti, Missier ħanin il-kuraġġ u l-qawwa biex ngħixu l-imħabba hekk kif tixtieqna Int. Nitolbu lilek, Spirtu Qaddis biex tgħinna nimmeditaw dan ir-ruzarju u tnissel fina ix-xewqat u l-ħsibijiet tiegħek għalina u għad-dinja. Amen.
L-Ewwel Posta
Rum:14:19 - Ħalli nfittxu, mela, dak li jġib is-sliem u dak li jservi għall-edifikazzjoni ta' xulxin
Rum:14:19 - Ħalli nfittxu, mela, dak li jġib is-sliem u dak li jservi għall-edifikazzjoni ta' xulxin
Il-vjolenza mhix il-kura għad-dinja mtertqa
tagħna. Jekk għall-vjolenza nwieġbu bil-vjolenza, dan l-aktar l-aktar jista’
jwassal għal migrazzjonijiet imġiegħla u għal tbatijiet enormi, għax
kwantitajiet kbar ta’ riżorsi jmorru għal skopijiet militari u jinsterqu mill-bżonnijiet
ta’ kuljum taż-żgħażagħ, tal-familji fil-bżonn, tal-anzjani, tal-morda,
tal-parti l-kbira ta’ dawk li jgħixu fid-dinja. L-agħar li jista’ jiġri hu li
twassal għall-mewt, fiżika u spiritwali, ta’ ħafna, jekk mhux ta’ kulħadd.
It-2 Posta
1 Tess 5:15 - Qisu li ħadd ma jrodd deni b'deni, imma fittxu dejjem il-ġid ta' xulxin u ta' kulħadd.
1 Tess 5:15 - Qisu li ħadd ma jrodd deni b'deni, imma fittxu dejjem il-ġid ta' xulxin u ta' kulħadd.
Anki Ġesù għex fi żminijiet ta’ vjolenza. Hu
għallem li l-veru kamp tal-battalja, fejn niġu wiċċ imb wiċċ mal-vjolenza u
l-paċi, hi l-qalb tal-bniedem: “Għax hu minn ġewwa, mill-qalb tal-bniedem, li
joħorġu l-ħsibijiet il-ħżiena” (Mk 7:21). Imma l-messaġġ ta’ Kristu, quddiem
din ir-realtà, joffri t-tweġiba radikalment pożittiva: hu pprietka bla heda
l-imħabba bla qies ta’ Alla li jilqa’ u jaħfer, u għallem lid-dixxipli tiegħu
kif iħobbu lill-għedewwa tagħhom (ara Mt 5:44) u jdawrulhom ħaddhom l-ieħor (ara
Mt 5:39). Meta żamm lil dawk li kienu qed jixlu lill-adultera milli jħaġġruha
(ara Ġw 8:1-11) u meta, fil-lejl qabel ma miet, qal lil Pietru biex idaħħal
is-sejf lura fl-għant tiegħu (ara Mt 26:52), Ġesù fittex it-triq
tan-non-vjolenza, li mexa sal-aħħar, sas-salib, li permezz tiegħu wettaq
is-sliem u ġarraf il-mibegħda (ara Efes 2:14-16). Għalhekk, min jilqa’ l-Bxara
t-Tajba ta’ Ġesù, jagħraf il-vjolenza li jġorr ġo fih innifsu u jħalli l-ħniena
ta’ Alla tfejqu, u hekk isir hu stess strument ta’ rikonċiljazzjoni, skont
is-sejħa ta’ San Franġisk ta’ Assisi: “Il-paċi li xxandru b’fommkom, araw li
tkun iktar kotrana fi qlubkom
It-3 Posta
1Pt:3:9 - La troddux deni b'deni jew tagħjir b'tagħjir; imma għall-kuntrarju, wieġbu bil-barka tagħkom, għax għal dan intom kontu msejjħa, biex tkunu werrieta tal-barka ta' Alla.
1Pt:3:9 - La troddux deni b'deni jew tagħjir b'tagħjir; imma għall-kuntrarju, wieġbu bil-barka tagħkom, għax għal dan intom kontu msejjħa, biex tkunu werrieta tal-barka ta' Alla.
Li nkunu veri dixxipli ta’ Ġesù llum ifisser li
nilqgħu wkoll il-proposta tiegħu ta’ non-vjolenza. Din – kif afferma
l-predeċessur tiegħi Benedittu XVI – “hi realistika, għax iżżomm f’moħħha li
fid-dinja hawn wisq vjolenza, wisq inġustizzja, u għalhekk ma nistgħux
negħlbu din is-sitwazzjoni jekk mhux billi npattu għaliha b’iżjed imħabba, iżjed tjieba. Dan l-‘iżjed’
ġej minn Alla”. U hu
żied b’qawwa kbira: “In-non-vjolenza għall-Insara mhix sempliċi tattika, imma
mod ta’ kif tkun il-persuna, l-atteġġjament ta’ min hu hekk konvint mill-imħabba ta’ Alla u mill-qawwa tiegħu, li ma
jibżax jeħodha mal-ħażen sempliċement bl-armi tal-imħabba u tal-verità.
L-imħabba tal-għadu hi l-qalba tar-‘rivoluzzjoni Nisranija’. Bir-raġun il-Vanġelu ta’ ħobbu
lill-għedewwa tagħkom (ara Lq 6:27) hu meqjus ‘il-magna charta tan-non-vjolenza Nisranija’: dan ma jikkonsistix f’li
‘nħallu l-ħażen jirbaħna […] imma li nirbħu l-ħażen bit-tajjeb’ (ara Rum
12:17-21), u hekk inqaċċtu l-katina tal-inġustizzja”.
Ir-4 Posta
Ġw:14:27 - Jiena nħallilkom is-sliem; nagħtikom is-sliem tiegħi; ma nagħtihulkomx kif tagħtih id-dinja. Tħallux qalbkom titħawwad u anqas titbeżża'.
“Fil-familja tagħna m’għandniex bżonn ta’ bombi
u ta’ armi, li neqirdu biex inġibu l-paċi, imma biss li noqogħdu flimkien, li
nħobbu lil xulxin […] U nistgħu negħlbu l-ħażen kollu li hawn fid-dinja”. “Waqt li t-traffikanti tal-armi qed jagħmlu x-xogħol tagħhom, hemm
il-fqajra li jġibu l-paċi li sempliċiment biex jgħinu persuna, u oħra, u oħra, u
oħra, jagħtu ħajjithom”; Madre Teresa hi “simbolu, ikona
ta’ żminijietna”. Mielet lejn il-persuni mifnija, mitluqa jmutu fuq il-ġnub
tat-toroq, u għarfet fihom dik id-dinjità li Alla żejjinhom biha; semmgħet
leħinha quddiem is-setgħanin ta’ din l-art, biex jintebħu bil-ħtijiet tagħhom
tal-faqar maħluq minnhom stess”.
Il-5 Posta
1 Kor:14:33 - Għax Alla m'hux Alla tad-diżordni iżda tas-sliem.
Dan l-impenn favur il-vittmi tal-inġustizzja u
tal-vjolenza mhux patrimonju tal-Knisja Kattolika waħidha, imma hu ta’ bosta
tradizzjonijiet reliġjużi, li għalihom “il-ħniena u n-non-vjolenza huma essenzjali u jindikaw it-triq
tal-ħajja”. Dan intennih bil-qawwa: “L-ebda reliġjon mhi terrorista”. Il-vjolenza hi profanazzjoni tal-isem ta’ Alla. Dan ma negħjew qatt intennuh: “L-isem ta’ Alla ma jista’ qatt jiġġustifika
l-vjolenza. Il-paċi waħidha hi qaddisa. Il-paċi biss hi qaddisa, mhux
il-gwerra!”.
My name is Mrs Aisha Mohamed, am a Citizen Of Qatar.Have you been looking for a loan?Do you need an urgent personal loan or business loan?contact Dr James Eric Finance Home he help me with a loan of $42,000 some days ago after been scammed of $2,800 from a woman claiming to been a loan lender but i thank God today that i got my loan worth $42,000.Feel free to contact the company for a genuine financial service. Email:(financialserviceoffer876@gmail.com) call/whats-App Contact Number +918929509036
ReplyDeletegrazzi Dr Ellen tal-favur li għamiltli. Ninsab eċċitat ħafna għax l-inkwilin tiegħi fl-aħħar ħallas il-kera tiegħi ta’ sentejn. ħallas il-flus u issa mhux id-dar tiegħi. Mingħajk, ma nkunx kapaċi nieħu l-flus mingħandu. Poġġejtu bi prova, imma tawh ħafna ħin biex iħallas id-dejn, imma grazzi talli wasslitlu jħallas fi ftit ħin. Inwiegħed li se nkompli nixhed online u kullimkien dwar ix-xogħol qawwi tiegħek. Jekk għandek xi waħda mill-kwistjonijiet li ġejjin jekk jogħġbok ikkuntattja lil Dr Ellen permezz ta' WhatsApp: +2348106541486
ReplyDeleteE-mail: ellenspellcaster@gmail.com
1) infedeltà
2) debituri persistenti
3) kerrejja persistenti
4) ħlas lura tas-self mhux f'waqtu
5) vizzju tad-droga
6) prestazzjoni sesswali fqira
7) abort ripetut
8) infertilità
9) Promozzjoni fuq ix-xogħol
10) ċirku magic
11) Divorzju
12) Ikseb lura lill-ex tiegħek
13) Kisser l-ossessjoni
14) Mur lura għall-espliċita tal-mittent
15) perjodi protettivi
16) Seħer kuntenti
17) Spells għar-rebħiet tal-lotterija
18) jispeċifika imħabba gay
19) L-imħabba lesbjana jispeċifika X'inhuma l-problemi tiegħek, Dr Ellen tgħinek.
WhatsApp: +2348106541486
E-mail: ellenspellcaster@gmail.com