Bi preparazzjoni għall-Gublew tal-Familja - Laikos nitolbu għal dawk kollha li se jattendu kif ukoll għall-familji kollha, anki għal dawk li mhux se jattendu, biex il-Mulej isaħħaħ il-familji kollha tagħna, inissel fosthom Spirtu ta' talb u jkattar fihom l-imħabba għalih u għal xulxin.
Ruzarju tal-Familja Mqaddsa
L-Ewwel Misteru: Il-Familja Mqaddsa, Egħmil ta' Alla
Gal 4, 4-5: Meta waslet il-milja taż-żmien, Alla bagħat lil Ibnu, mwieled minn mara, mwieled taħt il-Liġi, biex jifdi lil dawk li kienu taħt il-Liġi, biex ikollna l-adozzjoni ta' wlied.
L-Istess bħal fit-Testment il-Qadim, fil-bidu tat-Testment il-Ġdid insibu raġel u mara. Iżda, fejn Adam u Eva ġabu d-dnub, Marija u Ġużeppi huma għajn li minna tixxerred il-qdusija mad-dinja kollha. Is-Salvatur beda il-ħidma tas-Salvazzjoni qalb din l-unjoni verġinali, li fiha Alla juri r-rieda divina tiegħu li jippurifika u jqaddes il-familja, is-santwarju ta' l-imħabba u l-benniena tal-ħajja.
Nitolbu biex l-Ispirtu s-Santu jġedded il-familji tagħna u jagħmilhom jixbħu aktar lill-Familja Mqaddsa ta' Nazaret.
It-Tieni Misteru: Il-Familja Mqaddsa f'Betlehem
Lk 2 ; 10-13, 16-17 : Iżda l-anġlu qalilhom: "Tibżgħux, għax araw, qiegħed inħabbrilkom ferħ kbir, ferħ li se jkun għall-poplu kollu. Illum, fil-belt ta' David, twildilkom Salvatur, li hu l-Messija, il-Mulej. U bħala sinjal ikollkom dan; issibu tarbija mfisqija u mimduda f'maxtura.......Marru mela jgħaġġlu, u sabu lil Marija u 'l Ġużeppi, bit-tarbija mimduda f'maxtura. Kif raw dan, bdew jgħarrfu b'kull ma kien intqal lilhom dwar dik it-tarbija.
It-Twelid ta' Ġesu' f'Betlehem kien il-bidu ta' din il-familja unika u eċċezzjonali fl-istorja ta' l-umanita'. F'din il-familja, l-Iben ta' Alla, imwieled minn Omm Verġni, ġie fid-dinja, kiber u ħa l-edukazzjoni tiegħu.
Nitolbu: lil Marija u Ġuzeppi biex bl-interċessjoni tagħhom jaqilgħulna l-grazzja li nħobbu u naduraw lil Ġesu' fuq kollox.
It-Tielet Misteru: Il-Familja Mqaddsa fit-Tempju
Lk 2 ; 33-35: Missieru u ommu baqgħu mistagħġba b'dak li kien qiegħed jingħad fuqu. Xmun berikhom, u qal lil ommu Marija: "Ara, dan se jġib il-waqgħa u l-qawmien ta' ħafna f'Iżrael; se jkun sinjal li jmeruh, u inti wkoll, sejf jinfidlek ruħek! - biex jinkixfu l-ħsibijiet moħbija fil-qlub ta' ħafna."
Is-Sagrifiċċju ta' l-ewwel wild kienet responsabbilta' oħra ta' missier li wettaq Ġuzeppi. L-Evanġelista jgħidilna li 'ommu u missieru baqgħu mistagħġba b'dak li kien qiegħed jingħad fuqu u l-aktar b'dak li qal Xmun fil-kantiku tiegħu lil Alla, meta rrivela lil Ġesu' bħala 'salvazzjoni li Alla ħejja għall-popli kollha' u 'dawl biex idawwal il-ġnus, u glorja għall-poplu ta' Iżrael'.
Nitolbu u nafdaw il-Knisja u l-familji kollha fi ħdan il-Familja Mqaddsa. Nitolbu b'mod speċjali għal dawk il-familji li għaddejjin minn tiġrib partikolari, dawk li qed iġorru s-salib tal-mard, dawk li qed iġorru s-salib ta' xi vizzju. Nitolbu biex, bil-qawwa tal-grazzja t'Alla, is-sitwazzjonijiet diffiċli li qegħdin iġarrbu l-familji tagħna, isiru għalihom mezz biex jissaħħu fil-fidi u fl-għaqda bejniethom.
Ir-Raba' Misteru: Il-Ħarba tal-Familja Mqaddsa lejn l-Eġittu u r-Ritorn lejn Izrael
Mt 2 ; 13-14, 19-21: Meta telqu, deher anġlu tal-Mulej f''ħolma lil Ġużeppi u qallu: "Qum, ħu miegħek lit-tifel u 'l ommu, u aħrab lejn l-Eġittu. Ibqa' hemm sa ma ngħidlek jien, għax Erodi se jfittex lit-tifel biex joqtlu." Ġużeppi qam, ħa miegħu lit-tifel u 'l ommu billejl u telaq lejn l-Eġittu. Meta miet Erodi, deher l-anġlu tal-Mulej f'ħolma lil Ġużeppi fl-Eġittu u qallu: "Qum, ħu miegħek lit-tifel u 'l ommu, u erġa' lura lejn l-art ta' Iżrael, għax mietu dawk li kienu jfittxu l-ħajja tat-tifel." Ġużeppi qam, ħa miegħu lit-tifel u 'l ommu, u mar fl-art ta' Iżrael.
Bħalma Iżrael ħarab mill-kundizzjoni ta' lsir biex ikun jista' jwaqqaf il-patt fis-Sinaj, hekk issa Ġużeppi, gwardjan u kollaboratur fil-misteru tal-Providenza Divina, jgħin lil Ġesu', li għandu jwaqqaf il-Patt il-Ġdid, biex jaħrab minn Erodi, u jipproteġgih waqt l-eżilju.
Nitolbu: biex nisimgħu il-Vanġelu u ngħixuh fil-prattika b'fiduċja dejjem akbar. Nitolbu biex fil-familji tagħna jissaħħaħ it-twemmin fil-Providenza Divina li taħdem fil-ħajja tagħna u li tmexxina u tiggwidana fid-diffikultajiet kollha tagħna meta aħna niftħu qalbna għaliha.
Il-Ħames Misteru: Il-Familja Mqaddsa fid-Dar ta' Nażaret
Lk 2 ; 51-52: Mbagħad niżel magħhom u raġa' mar Nazaret; u kien jobdihom. U ommu kienet tgħożż f'qalbha dawn il-ħwejjeġ kollha. U hekk Ġesù baqa' jikber fl-għerf, fis-snin u fil-grazzja, quddiem Alla u quddiem il-bnedmin.
Mill-bidu ta' l-eżistenza tiegħu fuq l-art, Ġesu' rċieva ħafna mħabba u tenerezza mingħand Marija u Ġużeppi; Hu kien il-vokazzjoni tagħhom u l-ispirazzjoni tagħhom; Hu kien il-misteru l-kbir, iċ-ċentru ta' ħajjithom. Fid-Dar ta' Nażaret, Ġesu' għex taħt l-awtorita tal-ġenituri tiegħu u kien jobdihom l-istess bħat-tfal kollha. Hu għadda l-itwal żmien ta' ħajtu fuq l-art, f'sottomissjoni umli għal Marija u Ġużeppi u għalhekk dan hu wkoll l-itwal perjodu li għadda f'ubbidjenza totali bla ma taqta' għall-Missier Etern. Hekk il-Familja Mqaddsa hi involuta b'mod intimu f'dan il-misteru Divin, u l-frott ta' l-ubbidjenza tiegħu hu s-salvazzjoni tad-dinja.
Nitolbu: biex l-atmosfera spiritwali tad-dar ta' Nażaret terġa tiġi maħluqa fil-familji u l-komunitajiet kollha tagħna, jitnissel fosthom spirtu ta' talb, ħniena u mogħdrija u jissaħħu fl-imħabba lejn Alla u lejn xulxin.
grazzi Dr Ellen tal-favur li għamiltli. Ninsab eċċitat ħafna għax l-inkwilin tiegħi fl-aħħar ħallas il-kera tiegħi ta’ sentejn. ħallas il-flus u issa mhux id-dar tiegħi. Mingħajk, ma nkunx kapaċi nieħu l-flus mingħandu. Poġġejtu bi prova, imma tawh ħafna ħin biex iħallas id-dejn, imma grazzi talli wasslitlu jħallas fi ftit ħin. Inwiegħed li se nkompli nixhed online u kullimkien dwar ix-xogħol qawwi tiegħek. Jekk għandek xi waħda mill-kwistjonijiet li ġejjin jekk jogħġbok ikkuntattja lil Dr Ellen permezz ta' WhatsApp: +2348106541486
ReplyDeleteE-mail: ellenspellcaster@gmail.com
1) infedeltà
2) debituri persistenti
3) kerrejja persistenti
4) ħlas lura tas-self mhux f'waqtu
5) vizzju tad-droga
6) prestazzjoni sesswali fqira
7) abort ripetut
8) infertilità
9) Promozzjoni fuq ix-xogħol
10) ċirku magic
11) Divorzju
12) Ikseb lura lill-ex tiegħek
13) Kisser l-ossessjoni
14) Mur lura għall-espliċita tal-mittent
15) perjodi protettivi
16) Seħer kuntenti
17) Spells għar-rebħiet tal-lotterija
18) jispeċifika imħabba gay
19) L-imħabba lesbjana jispeċifika X'inhuma l-problemi tiegħek, Dr Ellen tgħinek.
WhatsApp: +2348106541486
E-mail: ellenspellcaster@gmail.com