St Clare of Assisi

Wednesday, March 1, 2017

Ir-Ruzarju ta' l-Imħabba ta' Ġesu'

Jibda ir-Ruzarju:   Fl-Isem tal-Missier u ta l-Iben u ta l-Ispirtu s-Santu. Amen.

Talba tal-Bidu:

Alla, Missierna, jien nemmen fl-imħabba eterna u infinita tiegħek. Ibnek Ġesu' Kristu huwa l-Kelma ta' mħabbtek u l-Ispirtu s-Santu huwa l-għaqda ta' mħabba ta' bejnietkom. Jien nemmen li inti ħlaqt kollox mill-imħabba u li tmexxi kollox bl-għerf tiegħek. Nemmen li mħabbtek ma tintemm qatt lanqas meta l-bnedmin, li int tant tħobb, jirrifjutaw imħabbtek. Jien nemmen li għax tħobbna, inti tibgħatilna messaġġi li jistiednu lill-bnedmin, uliedek għall-konverzjoni. Nemmen li bgħatt lill-Ibnek biex isalva d-dinja u biex juri l-imħabba tiegħek ta' Missier, lill-bnedmin kollha. Nemmen li inti tħobb il-ħolqien kollu u li mħabbtek tagħtihom il-qawwa biex jgħixu.

Jien nemmen li inti tħobb il-Knisja, il-Ġisem ta' Ibnek. Nemmen li inti tħobbni u li ħajti hi don ta' mħabbtek. Nemmen li inti ħabbejtni qabel twelidt u li kienet imħabbtek għalija li ġabitni fid-dinja.
Jien nemmen li permezz tal-magħmudija, int urejtni mħabbtek u lqajtni fil-komunita' tal-Knisja.
Nemmen li inti tħobbni anki meta nidneb, u b'imħabba taħfirli dnubieti. Nemmen fi mħabbtek anki meta naf li ma tistħoqqlix.

Nemmen ukoll li inti tħobb lil dawk kollha li f'dan il-mument ma jistgħux iħobbuk. Nemmen li mħabbtek hi l-garanzija li jien nista nilħaq il-ħajja ta' dejjem u ngħix flimkien miegħek u ngawdi l-imħabba bla limiti tiegħek.
Nemmen li f'dan il-mument int qed tisma t-talba tiegħi għax qed nitolbok bi mħabba.

Nemmen li se tisma t-talba tiegħi għax se nitolbok f'għaqda ma Marija, Omm l-Imħabba, għax hi kollha kemm hi miftuħa għal imħabbtek. Marija, Ommi, itlob miegħi, għalija u għal uliedek kollha, li int wellidt b'imħabba u fid-dulur taħt is-Salib.

Isma t-talba tiegħi, int li tħobb, tgħix u ssaltan għal dejjem ta dejjem.  Amen.

Nitolbu l-għajnuna ta' l-Ispirtu s-Santu biex jgħinna fit-talba tagħna:  Come Holy Spirit

Missierna

Sliema u Qaddisa fuq kull waħda mit-tlett zibġiet li jmiss li huma talba biex nikbru fil-fidi, tama u mħabba

Glorja fuq iz-zibġa li jmiss



It-Talba ta' Fatima:  O Ġesu', aħfrilna dnubietna, ħarisna min-nar ta' l-infern, ħu l-ġenna l-erwieħ kollha, speċjalment dawk li jinħtieġu il-ħniena tiegħek

L-1 Misteru:  Sidna Ġesu Kristu jitlob fil-ġnien tal-Ġetsemani
“Ħobb lill-Mulej, Alla tiegħek, b’qalbek kollha, b’ruħek kollha, u b’moħħok kollu”  (Mt 22, 37)

Mulej, int titlobna biex inħobbu lil Alla fuq kollox. Grazzi talli stedintni biex inħobbok. Jien nista nħobbok biss jekk inti tagħtini mħabbtek. Għalhekk nitolbok: ferra imħabbtek f'qalbi biex jien inħobbok bla limiti u kundizzjonijiet, f'kull mument ta' ħajti. Agħtini mħabbtek biex inħobbok fil-bnedmin u fil-ħolqien tiegħek kollu.
Aħfirli d-drabi kollha li jien ma rrispondejtx għal imħabbtek u għad-drabi meta int ma kontx fl-ewwel post fil-ħajja tiegħi ta kuljum. Saffini, sabiex minn issa 'l quddiem jien inħobbok tassew fuq kollox.
Għinni nħobbok bħalma ħabbewk Ibnek Ġesu' Kristu u l-qaddejja umli u fidila tiegħek Marija u San Ġuzepp.

Missierna         10 Sliema u Qaddisa      Glorja

O Ġesu', aħfrilna dnubietna, ħarisna min-nar ta' l-infern, ħu l-ġenna l-erwieħ kollha, speċjalment dawk li jinħtieġu il-ħniena tiegħek



It-2 Misteru:  Sidna Ġesu Kristu jiġi marbut mal-kolonna u fflaġellat

“ĦOBB LIL GĦAJREK BĦALEK INNIFSEK” (MK 12, 31)


Mulej, int titlobni nħobb lili nnifsi. Għinni nagħraf li ħajti hi wieħed mid-doni li tajtni; li inti ridtni hekk kif jien u li mħabbtek tixtieq tagħmilni aħjar. Agħtini l-grazzja li nagħraf li, li nħobb lili nnifsi hija l-ewwel risposta lejn imħabbtek. Għinni nagħraf li nħobb lili nnifsi jfisser li nikkopera mal-grazzja tiegħek u li nikber fix-xebh u xbieha tiegħek. Għinni nifhem li nħobb lili nnifsi ifisser li naċċetta li kull bniedem għandu bzonn il-ħobz spiritwali u dan jista jiksbu billi jipparteċipa fil-Quddies, bit-talb, billi jersaq lejn is-Sagrament tal-Qrar u billi jaqra u jħabbar il-Kelma tiegħek.


Aħfer nitolbok Mulej, l-egoizmu, l-arroganza, is-suppervja, u l-għira tiegħi. Fejjaqni minn kull biza u minn kull nuqqas ta fiduċja fik. Eħlisni minn kull ma jxekkilni biex inħobb lilek fuq kollox u lil għajri kif titlobni int.

Missierna         10 Sliema u Qaddisa      Glorja 


O Ġesu', aħfrilna dnubietna, ħarisna min-nar ta' l-infern, ħu l-ġenna l-erwieħ kollha, speċjalment dawk li jinħtieġu il-ħniena tiegħek


It-3 Misteru:  Sidna Ġesu Kristu jiġi nkurunat bix-xewk
"M'iniex nitlob għal dawn biss, imma wkoll għal dawk li għad jemmnu fija bis-saħħa tal-kelma tagħhom; nitolbok li jkunu lkoll ħaġa waħda. Kif inti fija, Missier, u jiena fik, ħa jkunu huma wkoll ħaġa waħda fina, biex hekk id-dinja temmen li inti bgħattni.  Ġw:17:20-21


Mulej, Int titlobni nħobb lil kulħadd kif inħobb lilek. Agħtini l-grazzja li nagħraf lill-Ibnek f'kull persuna, li huma don tiegħek għalija u għad-dinja. Imla lil qalbi bi mħabbtek biex inkun nista nħobb lil ħuti u li nagħmel għalihom dak li nixtieq li jagħmlu huma għalija. Aħfer kull nuqqas ta mħabba lejn għajri li juri ruħu f'nuqqas ta' aċċettazzjoni, f'ġudizzju, kliem mhux tajjeb fuq l-oħrajn, u atteġġjamenti oħrajn li bihom nuri nuqqas ta mħabba lejn għajri. Aħfirli d-drabi li ma aġġixxejtx b'għerf, kuraġġ u fil-pront, meta xi ħadd kien qed isofri jew kellu bzonn l-imħabba tiegħi. Lil ta' madwari agħtihom il-grazzja li għandhom bzonn biex iħobbuni u jaħfruli biex anki jien inkun nista' naħfrilhom aktar malajr.
Ħa tkun l-imħabba tiegħek li tgħaqqad il-qlub tal-bnedmin kollha u tmexxina fit-triq tal-paċi veru u dejjiema.

Missierna          10 Sliema u Qaddisa      Glorja

O Ġesu', aħfrilna dnubietna, ħarisna min-nar ta' l-infern, ħu l-ġenna l-erwieħ kollha, speċjalment dawk li jinħtieġu il-ħniena tiegħek



Ir-4 Misteru:    Sidna Ġesu Kristu jġorr is-salib it-triq kollha tal-Kalvarju
Imma jiena ngħidilkom: Ħobbu lill-għedewwa tagħkom, u itolbu għal dawk li jippersegwitawkom, biex tkunu wlied Missierkom li hu fis-smewwiet; għax hu jtalla' x-xemx tiegħu sew fuq   il-ħżiena u sew fuq it-tajbin, u jniżżel ix-xita sew fuq min hu tajjeb u sew fuq min m'huwiex.   [Mt:5:44-45]

Mulej, int titlobna nħobbu l-egħdewwa tagħna u lil dawk kollha li naqsuna. Missier, minkejja li inti tħobb il-bnedmin kollha, fid-dinja hawn ħafna mibegħda u kunflitti. Il-Qalb tiegħek ta Missier zgur li ssofri meta tara kif uliedek jobogħdu lil xulxin, jippersegwitaw lil xulxin, jirrifjutaw l-imħabba u jagħmlu ħsara lil xulxin. Nitolbok, agħtina lilna lkoll l-imħabba tiegħek biex aħna wkoll inħobbu lil xulxin. Għinna int, biex l-imħabba tagħna tegħleb kull ħajt u kull ostaklu. Agħtina l-qawwa ta mħabbtek biex permezz tagħha negħelbu kull ma jxekkilna fil-qalb tagħna biex ma jkunx hemm aktar kunflitti. Fejjaq, kull fejn l-imħabba hi mħollija fil-ġenb u miġruħa bid-dnub; nissel imħabba li taħfer kull fejn il-mibegħda qed thedded l-imħabba; fejn hemm  l-inġustizzja, ħa tkun l-imħabba tiegħek li tfejjaq ir-relazzjonijiet bejn il-bnedmin; nissel l-imħabba tiegħek kull fejn il-bnedmin qed jerfgħu idejhom kontra xulxin, u agħmel li tittrasforma dawn is-sitwazzjonijiet f'maħfra u fraternita'. Agħllimna lkoll inħobbu lil kulħadd, anki lil dawk li ma jħobbuniex.

Missierna          10  Sliema u Qaddisa           Glorja

O Ġesu', aħfrilna dnubietna, ħarisna min-nar ta' l-infern, ħu l-ġenna l-erwieħ kollha, speċjalment dawk li jinħtieġu il-ħniena tiegħek


Il-5 Misteru:   
Sidna Ġesu Kristu jiġi msallab u wara tlett sigħat ta agunija jmut
Il-glorja li int tajt lili jiena tajtha lilhom, biex ikunu ħaġa waħda bħalma aħna ħaġa waħda: jiena fihom u inti fija, biex isiru ħaġa waħda għalkollox, ħalli d-dinja tagħraf li inti bgħattni u li ħabbejt lilhom kif ħabbejt lili. [Ġw:17:22-23]



Missier, int titlobni nħobb lil kulħadd. Hawn, f'dan il-mument qed nitolbok bi mħabba, u noffrilek lil dawk il-persuni kollha fil-familja tiegħi jew li niltaqa magħhom fl-ambjenti kollha li nkun fihom, u li jien insibha diffiċli biex inħobbhom u li huma jixtiequ li jkunu maħbubin minni. Ġeddidli qalbi, kif int wiegħedt li tagħmel permezz tal-profezija tiegħek. Neħħi minn qalbi il-qalb tal-ġebel u agħtini qalb tal-laħam kapaċi li tħobb, issofri u taċċetta kollox b'imħabba. 
Hawnhekk nieqaf u naħseb u noffri lill-Mulej dawk il-persuni kollha li nixtieq
Nitolbok ukoll għal dawk kollha li ma jħobbunix u li ma jaħfrulix, sabiex qalbhom ukoll tinfetaħ għalija.

Missierna          10 Sliema u Qaddisa         Glorja


O Ġesu', aħfrilna dnubietna, ħarisna min-nar ta' l-infern, ħu l-ġenna l-erwieħ kollha, speċjalment dawk li jinħtieġu il-ħniena tiegħek

Salve Regina


Talba Skond l-Intenjoni u għall-bzonnijiet tal-Papa:   Missierna, Sliema u Qaddisa u Glorja

Għall-erwieħ tal-Purgatorju:  Agħtihom o Mulej, il-mistrieħ ta dejjem. Id-Dawl ta dejjem jiddi fuqhom. Jistrieħu fil-paċi. Amen.

Talba ta l-Għeluq:  

Marija, omm l-imħabba, it-tjieba, il-ħniena u r-rikonċiljazzjoni, jien nemmen li inti tinsab miegħi u li tgħinni biex nikber fl-imħabba u biex ngħix inħobb lil Alla, lili nnifsi u lil għajri. Għat-talb tiegħek, ħa jisma il-Mulej it-talba tiegħi.      Amen.