1.
Gesu fil-Gethsemani
Lq 22, 43-44: "Deherlu anglu mis-sema biex jaghmillu
l-qalb, imma hu hass dwejjaq tal-mewt fuqu u beda jitlob b'herqa akbar.
L-gharaq sarlu bhal qtar tad-demm icarcar sa l-art".
Nadurawk u nberkuk Mulej Gesu,
ghas-sofferenza li ghaddejt minnha fil-Gethsemani biex accettajt li tilqa
l-Passjoni li kellek tghaddi minnha ghall-fidwa taghna. Bis-sahha ta dan
is-sagrificcju tieghek Gesu, ahna fil-bidu tal-Quddiesa nistghu nitolbu u nircievu
il-hniena t'Alla meta s-Sacerdot ilissen il-kliem "ihenn ghalina Alla li
jista kollox, jahfrilna dnubietna u jwassalna ghal hajja ta dejjem". Aghmel Mulej Gesu, li kull min jirrispondi 'Amen'
ilissinha b'fidi u bi gratitudni lejK.
2.
Gesu marbut u msawwat
Gw 19 , 1: "Mbaghad Pilatu ordna li
jiehdu lil Gesu u jaghtuh is-swat."
Infahhruk, inberkuk u nigglorifikawk
Mulej Gesu, ghax fil-flagellazzjoni, Inti li Int il-Kelma hajja, ssaportejt
fis-silenzju waqt li kont marbut mal-kolonna u gejt mghoti s-swat. Din
it-tbatija tieghek, Gesu, wasslet biex ahna nistghu nircievu l-Kelma tieghek li
tixxandrilna b'mod specjali waqt il-Quddiesa, u nhalluha titmaghna, tfejjaqna u tibnina. Nitolbuk Mulej Gesu,
bl-intercessjoni ta l-Appostli, ghal dawk kollha li jxandru u dawk li jircievu
l-Kelma, biex bil-qawwa ta l-Ispirtu s-Santu ninbnew f'gisem wiehed taht Ras
wahda.
3.
Gesu Inkurunat Bix-Xewk
Mt 27, 27-29: "Mbaghad is-suldati
tal-gvernatur hadu lil Gesu fil-Pretorju, u gabru quddiemu lil shabhom kollha.
Nezzghuh, u xehtulu fuqu mantar ahmar skur, qeghedulu fuq rasu kuruna minsuga
mix-xewk u qasba f'idu l-leminija, nxtehtu gharkubbtejhom quddiemu, u qaghdu
jiddiehku bih u jghidulu: Is-sliem ghalik, sultan tal-Lhud".
Infahhruk, inberkuk u nigglorifikawk
Mulej Gesu, ghall-umiljazzjonijiet li Inti ssaportejt ghall-imhabba tal-Missier
u taghna. Ahna llum waqt ic-celebrazzjoni tal-Quddiesa, nistghu noffrulek
il-hajja taghna u ninzlu nadurawk fil-verita meta s-Sacerdot itenni l-kliem
"sewwa u xieraq tassew Missier Qaddis, Mulej Alla li tista kollox, li
dejjem u kullimkien inroddulek hajr" imbaghad flimkien ma l-Angli u
l-qaddisin kollha li f'dak il-mument ikunu prezenti maghna intennulek
"Qaddis, Qaddis, Qaddis, Mulej Alla li tista kollox, is-sema u l-art
mimlija bil-glorja tieghek".
Nitolbuk Mulej tati lil dawk kollha li jiccelebraw dan il-Misteru, il-grazzja li jtennulek dan it-tifhir u
jadurawk mill-qalb b'fidi shiha fil-prezenza hajja tieghek fuq l-Artal.
4.
Gesu igorr it-toqol tas-Salib minghand Pilatu sal-Kalvarju
Gw 19, 17: "Gesu rafa s-salib u
hareg lejn il-post imsejjah 'il-Qorriegha', bil-Lhudi Golgota"
Infahhruk, inberkuk u nigglorifikawk
Mulej Gesu, ghax fis-salib tieghek inti garrejt it-toqol u l-waqghat kollha
taghna. Fuq l-Artal ahna llum nistghu inqeghdu il-hajja bil-ferh, it-toqol u
l-waqghat kollha taghna, flimkien mat-tbatijiet, is-sofferenzi u l-ferh ta kull
ma hu mahluq u dawn, fl-offerta eterna tieghek, meta s-Sacerdot itenni l-kliem
"Bi Kristu, ma Kristu, fi Kristu" jinbidlu f'offerta lil Alla
l-Missier u minn issa stess jibdew jiffurmaw parti mill-hajja li kisbilna Gesù.
Nitolbuk Mulej, bl-intercessjoni ta dawk
kollha li ghexu u offrewlek il-mixja qabilna, biex tqawwina fil-fidi u
tghallimna noffrulek kull mument ta hajjitna.
5.
Gesu Jaghti l-Ahhar nifs fuq is-Salib
Mt 27, 45-50: Mis-6 siegha 'l quddiem
waqghat dalma kbirafuq il-pajjiz kollu sad-9 siegha. U madwar id-9 siegha Gesu
ghajjat b'lehen qawwi u qal: "Eli, Eli, lema sabaqtani?" Jigifieri
Alla tieghi, Alla tieghi ghaliex tlaqtni?'. Xi whud minn dawk li kienu hemm,
kif semghuh, qalu: Lil Elija qieghed isejjah dan!" U minnufih wiehed
minnhom mar jigri, qabad sponza mimlija bil-hall, wahhalha f'tarf ta qasba u
tah jixrob. Imma Gesu rega ghajjat ghajta kbira u radd ruhu.
Infahhruk, inberkuk u nigglorifikawk
Mulej Gesu talli tajtna kollox, sa l-ahhar nifs tieghek biex permezz tieghek
ahna nsibu l-fejqan u niksbu l-hajja ta dejjem. L-ahhar nifs tieghek Mulej Gesu
ahna nergghu infakkruh u nircevuh kull darba li niccelebraw il-Misteru
tas-Salvazzjoni u nircievu l-gisem u d-demm tieghek fl-Ewkaristija. Kull meta
nircevuk fl-Ewkaristija Gesu, l-ahhar ghajta tieghek fuq is-salib, ittina
t-tama; l-ahhar nifs tieghek, jaghtina l-hajja; l-ahhar qatra tad-demmek,
tlibbisna bin-natura divina tieghek u l-ilma li hareg mill-kustat tieghek
jiksbilna l-fejqan spiritwali li jkollna bzonn. Bil-qawwa ta l-Ispirtu s-Santu
Mulej Gesù, aghtina l-grazzja li meta nircevuk intennu l-istess kliem li tenna
c-centurjun bil-fidi, dan li ghadni kif ircevejt, hu tassew l-Iben ta Alla.